Mr Chris Fearne

L-Onor. L-Onor. Chris Fearne huwa d-Deputat Prim Ministru ta’ Malta u l-Ministru għal Fondi Ewropej, Djalogu Soċjali u Protezzjoni tal-Konsumatur. Bejn l-2016 u l-2024 kien Ministru għas-Saħħa fi tliet leġiżlaturi konsekuttivi. Id-DPM Fearne huwa Viċi Chairman tal-Global Leaders Group dwar ir-reżistenza għal mikrobi. F’Mejju 2023 ġie elett President tal-76 Assemblea tas-Saħħa Dinjija.

Chris Fearne ilu Membru tal-Parlament mal-Gvern Laburista mill-2013. Hu ukoll il-Kap tal-Kamra tar-Rappreżentanti u jippresjedi l-Kumitat Parlamentari tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika. Qabel ma sar il-Kap tal-Kamra, kien Chairman tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.

Qabel daħal fix-xena politika, DPM Fearne ħadem bħala tabib u kirurgu għal aktar minn 30 sena, li matulhom okkupa l-pożizzjoni ta’ Konsulent Kirurgu Pedjatriku u Chairman Kliniku għal Kirurġija fl-Isptar Mater Dei. Huwa rċieva l-edukazzjoni formali tiegħu fl-Università ta’ Malta fejn iggradwa fil-Mediċina u l-Kirurġija fl-1987, u sar Fellow tal-Kulleġġ Irjali tal-Kirurgi ta’ Edinburgh. Huwa ħadem u studja f’numru ta’ sptarijiet tat-tfal fl-Ingilterra, inkluż l-Isptar Great Ormond Street f’Londra. Huwa għallem wkoll bosta studenti tal-mediċina fl-Università ta’ Malta.

DPM Fearne huwa miżżewweġ lil Astrid, ukoll tabiba li tispeċjalizza fil-kura primarja pedjatrika. Għandhom 3 itfal, Dawn, Julian u Rafael u 2 neputijiet.

djalogu soċjali
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.