SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI U AKKOMODAZZJONI

Is-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u Akkomodazzjoni huwa responsabbli għall-promozzjoni u t-tisħiħ tad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni f’Malta.

Is-Segretarjat jiffaċilita l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejn min iħaddem, il-ħaddiema u l-Gvern, bil-għan li tinħoloq soċjetà aktar ġusta. Is-Segretarjat hwa responsabbli wkoll mill-impjiegi u r-relazzjonijiet industrijali.