Dwar l-IMU

L-Information Management Unit (IMU) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru (UPM) – Ugwaljanza, r-Riformi u Djalogu Soċjali (OPM-ES) hija l-organizzazzjoni ċentrali tal-Ministeru responsabbli għall-allinjament strateġiku, l-implimentazzjoni, u l-appoġġ ta’ teknoloġiji diġitali li jippermettu lill-UPM iwassal servizzi siguri u effettivi liċ-ċittadin u lill-pubbliku inġenerali.
L-IMU jappoġġa d-dipartimenti, d-direttorati u l-entitajiet kollha fi ħdan l-OPM-ES, filwaqt li jiżgura li l-infrastruttura, sistemi u servizzi jkunu robusti, flessibbli, skalabbli, u konformi mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-politiki prevalenti, li se jippermettu assigurazzjoni fit-twettiq tal-miri nazzjonali tat-trasformazzjoni diġitali.

Objettivi Ewlenin

  • Tillinja strateġija tal-ICT mal-għanijiet operattivi u ta’ politika tal-Ministeru.
  • Tippromwovi u tagħti pariri strateġiċi dwar l-innovazzjoni u t-trasformazzjoni diġitali fi ħdan l-OPM-ES.
  • Timmaniġġja l-informazzjoni bħala ass strateġiku biex tappoġġa l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
  • Tiġi żgurata governanza tajba dwar is-sikurezza tad-data, il-privatezza, u l-osservanza tar-regolamenti nazzjonali u tal-UE.
  • Tiżgura infrastruttura u servizzi tal-ICT affidabbli, aċċessibbli u siguri.
  • Tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ standards u protokolli tal-ICT issetjati ċentralment.

Responsabbiltajiet Ewlenin

  • Ippjanar strateġiku u operazzjonali tal-ICT
  • Timmaniġġja l-akkwist tal-ICT, l-ibbaġitjar u l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi
  • Żvilupp u manutenzjoni ta’ sistemi tal’-informatika
  • Tassigura li n-netwerks, is-servers u l-infrastruttura tal-cloud huma użati tajjeb u taħt kontroll
  • Il-governanza tas-siti web u tal-intranet, inkluża konformità mal-FITA
  • Tipprovdi appoġġ tekniku u servizzi tal-ICT għal VIPs
  • Il-liċenzjar ta’ softwer u l-immaniġġjar ta’ kuntratti
  • Tiżgura l-użu u l-implimentazzjoni xierqa tal-Co-Pilot u ta’ għodod oħra tal-Gen AI
  • Koordinazzjoni tal-kollokamenti tal-istudenti u l-programmi ta’ taħriġ fl-ICT

L-IMU jopera skont l-oqfsa nazzjonali u internazzjonali, inklużi:

  • GDPR – Protezzjoni tad-data u osservanza tal-privatezza
  • GMICT Policy – Politika tal-Gvern dwar l-ICT
FacebookTwitter