Dwar l-IMU
L-Information Management Unit (IMU) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru (UPM) – Ugwaljanza, r-Riformi u Djalogu Soċjali (OPM-ES) hija l-organizzazzjoni ċentrali tal-Ministeru responsabbli għall-allinjament strateġiku, l-implimentazzjoni, u l-appoġġ ta’ teknoloġiji diġitali li jippermettu lill-UPM iwassal servizzi siguri u effettivi liċ-ċittadin u lill-pubbliku inġenerali.
L-IMU jappoġġa d-dipartimenti u d-direttorati kollha fi ħdan l-UPM, filwaqt li jiżgura li l-infrastruttura, sistemi u servizzi jkunu robusti, flessibbli, skalabbli, u konformi mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-politiki prevalenti, li se jippermettu assigurazzjoni fit-twettiq tal-miri nazzjonali tat-trasformazzjoni diġitali.
Objettivi Ewlenin
- Tallinja strateġija tal-ICT mal-għanijiet operattivi u ta’ politika tal-Ministeru.
- Tippromwovi u tagħti pariri strateġiċi dwar l-innovazzjoni u t-trasformazzjoni diġitali fi ħdan l-OPM-ES.
- Timmaniġġja l-informazzjoni bħala ass strateġiku biex tappoġġa l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
- Tiġi żgurata governanza tajba dwar is-sikurezza tad-data, il-privatezza, u l-osservanza tar-regolamenti nazzjonali u tal-UE.
- Tiżgura infrastruttura u servizzi tal-ICT affidabbli, aċċessibbli u siguri.
- Tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ standards u protokolli tal-ICT issetjati ċentralment.
Responsabbiltajiet Ewlenin
- Ippjanar strateġiku u operazzjonali tal-ICT
- Timmaniġġja l-akkwist tal-ICT, l-ibbaġitjar u l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi
- Żvilupp u manutenzjoni ta’ sistemi tal’-informatika
- Tassigura li n-netwerks, is-servers u l-infrastruttura tal-cloud huma użati tajjeb u taħt kontroll
- Il-governanza tas-siti web u tal-intranet, inkluża konformità mal-FITA
- Tipprovdi appoġġ tekniku u servizzi tal-ICT għal VIPs
- Il-liċenzjar ta’ softwer u l-immaniġġjar ta’ kuntratti
- Tiżgura l-użu u l-implimentazzjoni xierqa tal-Co-Pilot u ta’ għodod oħra tal-Gen AI
- Koordinazzjoni tal-kollokamenti tal-istudenti u l-programmi ta’ taħriġ fl-ICT
Governanza u Standards
L-IMU jopera skont l-oqfsa nazzjonali u internazzjonali, inklużi:
- GDPR – protezzjoni tad-data u osservanza tal-privatezza
- GMICT Policy – politika tal-Gvern dwar l-ICT

